Sorpriża speċjali għal koppja Awstrijaka li ġew vakanza f’Malta

Nhar it-Tlieta 17 ta’ April The Saint John laħaq mira importanti minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu għall-mistednin f’Awwissu li għadda meta ta merħba lill-1,000 viżitatur tiegħu. Din ċertament kienet ġurnata sinifikanti ħafna għall-maniġment ta’ din l-akkomodazzjoni boutique u s-sidien tagħha, AX Hotels, u tirrifletti tassew ix-xogħol li sar matul dawn l-aħħar xhur mill-istaff biex għamel The Saint John post popolari għal kulħadd. F’dan il-post hemm akkommodazzjoni f’madwar 20 kamra.
Is-Sinjura Viktoria Wetzlmayer u żewġha kienu l-1,000 mistieden f’The Saint John u huma għażlu dan il-post għall-vaganza tagħhom ta’ ġimgħa li qattgħu f’Malta. Il-maniġment ta’ The Saint John kienu jafu minn qabel li din il-koppja kienu se jkunu l-1,000 mistedin tagħhom u għalhekk ippjanaw sorpriża speċjali għal din il-koppja Awstrijaka bla ma avżawhom minn qabel ma waslu.
Mal-entratura tagħhom f’The Saint John il-koppja Wetzlmayer ingħataw trattament speċjali minn Matthew Littlejohn u l-istaff tal-akkomodazzjoni boutique. Is-Sur Gingell Littlejohn ta meħba lill-koppja u spjegalhom li kienu l-1,000 mistiedna li bbukkjaw f’dik l-akkomodazzjoni boutique. Biex jiċċelebraw dan l-avveniment importanti t-tim tal-boutique fetaħ flixkun xampanja u ħejja kejk imżejjen għall-mistednin.
Hu fatt magħruf li l-Belt Valletta saret waħda mill-iktar bliet Ewropej li tilqa’ fiha attrazzjonijiet kbar, kemm dawk ta’ negozju u anki dawk kulturali. Din is-sena n-numru ta’ turisti li qed iżuru l-belt kapitali ta’ Malta qed jiżdied ħafna peress li l-Belt Valletta qed tiċċelebra t-titlu prestiġjuż tal-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura għall-2018.  Barra minn hekk, in-numru ta’ akkomodazzjonijiet boutique fil-Belt kien qed jiżdied u l-akkomodazzjoni boutique f’The Saint John fi Triq Merkanti bla dubju saret waħda mill-favoriti ta’ fuq nett kemm mar-residenti lokali u anki mat-turisti.