​Sorpriża għall-anzjani għal Jum l-Omm

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Aguis Decelis qassam rigali lill-anzjani residenti fid-dar tal-anzjani tal-Mosta għal Jum l-Omm.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li r-rigali ġew mogħtija mill-welfare committee u tqassmu f’kull dar residenzjali. 
Anthony Agius Decelis f’dawn il-ġranet żar ukoll id-djar residenzjali tal-anzjani ġewwa l-Imsida u l-Imtarfa fejn awgura lill-anzjani u rringrazzjahom tat-trobbija li taw lill-uliedhom u l-valuri sbieħ li rawmu fihom.
Ritratt: DOI – Jason Borg