Sorpriża għal Lina

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm, Karl iċempel lil Lina. X’se jgħidilha?

Saviour imur għand Etienne. X’jaħseb dwar dak li kien issuġġerielu Etienne? Tgħid jaċċetta jew le?

Lina tmur tiltaqa’ ma’ Frank. X’se jiġri? Kif se tirreaġixxi meta ssir taf x’sorpriża kien lesta għaliha Frank?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Is-sensiela jkollha repetizzjoni l-għada fl-10.15am.