Sorpriża għal Kristianne

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa Chris ikellem lil Martha u jgħidilha li kienet qed taħdem ħafna u aħjar kieku kellha tistrieħ. Frankie imur għaliha biex imorru jieħdu kikkra kafé. Għaliex hi terġa’ lura l-uffiċju.. X’se tinsa warajha?

Kristianne ikollha mistieden speċjali u jkollha wkoll sorpriża.

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, b’repetizzjoni għada fl-10.15am. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.