Sorpriża għal dawk li jżommu mal-Inter

Il-partitarji entużjasti tal-Inter se jkollhom sorpriża waqt wirja li se ssir fil-klabb f’Santa Venera fil-jiem li ġejjin.  Waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin se tkun badge bl-arma tal-Inter FC twila 5.3 metru.

Il-wirja qed issir bħala parti mill-attivitajiet tal-40 sena anniversarju tal-Inter Club Malta u se tkun qed tesebixxi kollezzjoni ta’ aktar minn 2,500 pin tal-ġlekk.  Se jkun hemm ukoll affarijiet għall-bejgħ bi prezzijiet speċjali.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma dawn:

  • Il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu bejn is-6pm u l-10pm;
  • Is-Sibt 4 ta’ Awwissu bejn id-9am u nofsinhar;
  • Il-Ħadd 5 t’Awwissu bejn id-9am u nofsinhar.

Iktar informazzjoni mill-imejl info@interclubmalta.com jew il-paġna tal-Inter Club Malta fuq Facebook.