Sorijiet jissugraw ħajjithom f’Burkina Faso

Sister Pauline Sawagado u Sister Marie Bernadette

Sorijiet f’Burkina Faso irrakkontaw kif qed jirriskjaw ħajjtihom kuljum biex jagħtu kemm u ikel lil mijiet ta’ nisa, tfal u anzjani li qed jaħarbu mill-vjolenza li qed taħkem fil-pajjiż.

Sister Pauline u Sister Marie Bernadette, is-Superjura Ġenerali attwali u l-predeċessura tagħha tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Immakulata Kunċizzjoni, taw rakkont drammatiku tal-ħidma li qed jagħmlu biex jgħin lil dawn in-nies li qed jaħarbu mit-terrorimu. Huma tkellmu mal-Organiżazzjoni Pontifiċja Aid ta Church in Need.

“Kuljum indaħħlu fil-kunventi tagħna numru ta’ refuġjati. Fil-maġġoranza dawn ikunu nisa li l-irġiel tagħhom ikunu nqatlu mit-terroristi.  Magħhom ikollhom ukoll lit-tfal u xi anzjanti.

“Fit-tramunatana tal-pajjiż is-Sorijiet jgħinu bejn 30 u 60 refuġjat kuljum. U anke hawn, fil-kapitali Ouagadougou, aħna daħħalna aktar minn 600 refuġjat”.

Bjridu lil xi ħadd jismagħhom, ikun ġentili magħhom, jurihom li jħobbhom wara dak li jkunu għaddew minnu. Imqar għal ġurnata waħda biss.

50 maqtula

Is-sena li għaddiet, il-militanti Islamiċi qatlu 50 persuna f’Burkina Faso li tinsab fil-Punenet tal-Afrika.

Fil-Lista tal-2020 ta’ dik li hi magħrufa bħala “Open Doors World Watch”, li kienet pubblikata erbat’ ijiem ilu, il-Burkino Faso tinsab fit-28 post tal-aktar pajjiżi perikolużi fid-dinja. Qabza ta’ 33 post ‘l fuq mis-sena li għaddiet.

Is-sorijiet stqarrew li “Bħalissa qed ngħixu fi klima permanenti ta’ nuqqas ta’ sigurtà. Sħabna sorijiet fil-komunitajiet fit-tramuntana tal-pajjiż qed jaraw ġlied kuljum. F’Bam, raħal fit-tramuntana, it-terroristi qed jiġġieldu żewġ mili biss bogħod minn fejn jgħixu s-sorijiet”.

Huma sostnew li l-vjolenza hi indiskriminata. Kontra kulħadd. Kulħadd hu fil-mira tat-terroristi. Kattoliċi, Musulmani u Protestanti, kollha inqatlu.

Ix-xahar li għadda, 14 il-persuna fil-maġġoranza tfal u żgħażagħ, inqatlu waqt servizz fi knisja Protestanta f’Fada N’Gourma, qrib il-fruntiera man-Niger.

Elfejn kellhom jaħarbu minn djarhom

Aid to Church in Need, f’Settembru li għadda rrapurtat li aktar minn 2,000 persuna mill-villaġġi ta’ Hitte u Rounga kellhom jaħarabu minn djarhom wara li militant Islamiċi ġiegħluhom jagħżlu bejn li jikkonvertu għall-Islam jew jitilqu minn djarhom.

Iżda s-Sorijiet tal-Immakulta Kunċiżżjoni qal li “aħna ma nibżgħux għax nafdaw fil-providenza t’Alla. Imma nafu li jista’ jiġrilna minn kollox u rridu nkunu preparati għal kull sitwazzjoni possibbli”.

Min-naħa tagħha, Aid to Church in Need qed tgħin fil-formazzjoni ta’ dawn is-sorijiet u lin-novizzi tagħhom biex jibqgħu f’dawn il-postijiet diffiċli f’Burkina Faso.

Is-Sorijiet esprimew ir-rinrazzjamenti tagħhom lil dawk kollha li qed jgħinuhom u jinkoraġġuhom biex jibqgħu jittamaw u jkomplu jgħinu lil dawk kollha li qed isofru, filwaqt li appellaw għat-talb.