Sorijiet jinħelsu minn ribelli Sirjani

Ribelli fis-Sirja ħelsu grupp ta’ 16 il-mara, sorijiet u nisa li jgħinuhom, wara erba’ xhur maħtufin.
Huma inħelsu fi bdil ta’ priġunieri hekk kif l-awtoritajiet Sirjani mistennija jeħilsu 138 priġunieri nisa.
Dan kien każ rari ta’ suċċess fejn inbidlu l-priġunieri bejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli li qed jippruvaw ineħħu l-President Assad mit-tmexxija.
Il-ħelsien tas-sorijiet ftit li xejn mistenni jnaqqas il-biża’ tal-minorità tal-Kristjani Sirjani mir-ribelli.
Konvoj ta’ 30 karozza wassal is-sorijiet f’belt mal-frunitera tal-Libanu.
F’Diċembru, ir-ribelli Sirjani, fosthom membri minn grupp b’rabtiet mal-Al Qaeda, ħatfu s-sorijiet mill-kunvent tagħhom fil-villaġġ ta’ Maaloula fit-tramuntana ta’ Damasku. Hemmhekk huma kienu jaħdmu fl-orfanatrofju.
F’April, żewġ isqfijiet inħatfu f’żoni li ħadu f’idhom ir-ribelli u qassis Ġiżwita, Fr Paolo Dall’Oglio sparixxa f’Lulju wara li vvjaġġa biex jiltaqa’ ma’ militanti f’Raqqa. Ħadd ma reġa’ sema’ b’aħbarhom s’issa.