Sorelle jmur lura fiż-żmien

Sorelle eps 14

L-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle jeħodna lura fiż-żmien u naraw lil Roy ferut fuq is-sodda u Lorraine qed tagħmel minn kollox biex issalvah. X’kien ġara eżatt f’dak il-jum?

Samantha ċċemplet lil Lorraine f’nofs ta’ lejl. Xi pjaċir titlobha?

Fejn qiegħed Vince… fuq xiex qed jaħseb f’dan il-mument diffiċli? Min ċempillu u x’qalilha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM illum fl-3.40pm b’repetizzjoni llejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am.

Għal din il-ġimgħa biss, ir-repetizzjoni tal-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa se jixxandru s-Sibt mis-1pm ‘il quddiem.