Soppa tat-tiġieġ bin-noodles

chicken-noodle

Ingredjenti

1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa

1 rjus tat-tewm, mitħuna

130g basal, imqatta’

100g zunnarija, imqattgħa

sider ta’ tiġieġa, imnaddaf, bla ġilda, imqatta’ f’biċċiet ta’ 1ċm

2 zkuk tal-karfus, imqatta’ biċċiet

melħ u bżar

4 tazzi stock tat-tiġiega mid-dadi

130g noodles

ftit tursin, imqatta’

Metodu

Saħħan iż-żejt ġo borma kbira fuq nar medju. Żid il-basal, il-karfus u z-zunnarija u sajjar sakemm il-ħaxix jirtab, madwar 6 minuti. Żid it-tewm u sajjar minuta oħra.

Żid it-tiġieġ. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u sajjar sakemm il-laħam ma jibqax roża, 6 sa 8 minuti. Żid l-istokk u nofs tazza ilma oħra  u saħħan sakemm jagħli.

Żid in-noodles u sajjar skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett.

Ħawwar bil-melħ u l-bżar. Żid it-tursin u servi.