Ingredjenti
mgħarfa żejt taż-żebbuġa
2 bżariet ħomor
2 basliet imqattgħin
2 sinniet tewm, imqattgħa
750g tadam, imqaxxar
150ml nbid aħmar
600ml stokk tal-ħaxix
melħ u bżar
Metodu
Sajjar taħt grill jaħraq ħafna l-bżar imqatta’ f’erbgħa sakemm il-ġilda ssir sewda. Neħħi l-bżar mill-grill, poġġih fi skutella u għattih. Meta jibred qaxxru u qattgħu.
Sajjar fuq nar moderat il-basal u t-t-tewm sakemm il-basal jirtab. Qatta’ t-tadam. Żid il-bżar u t-tadam mal-ingredjenti fil-borma, ħawwad, u sajjar fuq nar moderat għal 10 minuti.
Żid l-inbid u sajjar għal 5 minuti. Żid l-istokk, ħawwar bil-melħ u l-bżar u kompli sajjar għal 15-il minuta.