Soppa tal-patata, perżut u karfus

Ingredjenti

1 kilo patata mqaxxra u mqattgħa biċċiet kwadri

5 zkuk tal-karfus imqattgħin biċċiet żgħar

50g basal imqatta’ fin

100g perżut, biċċa sħiħa, mqatta’ kwadri

3 kikkri u nofs ilma

2 kuċċarini trab tas-soppa tat-tiġieġ

melħ u bżar

5 mgħaref butir

5 mgħaref dqiq

2 kikkri ħalib

Metodu

F’borma poġġi l-patata, il-karfus, il-basla, il-perżut u l-ilma. Saħħan sakemm jagħli imbagħad sajjar mgħotti fuq nar bati sakemm issir il-patata. Żid it-trab tas-soppa tat-tiġieġ u l-bżar u l-melħ.

F’kazzola dewweb il-butir fuq nar baxx. Żid id-dqiq u ħawwad il-ħin kollu sakemm tagħqad. Ferragħ l-ħalib ftit ftit u ħawwad il-ħin kollu biex ma jkollokx boċċi. Ħawwad sakemm din iz-zalza bajda tagħqad u ssir kremuża.

Żid iz-zalza bajda mat-taħlita tas-soppa u ħawwad tajjeb sakemm tisħon. Servi mill-ewwel.