Soppa tal-pastard

Ingredjenti

  • Litru ilma
  • 1kg pastard
  • 300gr basal
  • 200gr bejken mingħajr xaħam
  • Tursin imqatta' rqiq
  • Ftit ħalib mhux xkumat jew jogurt
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • Dadi tal-ħaxix mingħajr melħ 
  • Bżar mitħun frisk 

Metodu
1. Aħsel tajjeb il-pastard u qattgħu f'biċċiet imdaqqsin.
2. Qaxxar il-basal u qattgħu f'biċċiet zgħar. Neħħi x-xaħam kollhu tal-bejken u qattgħu żgħir.
3. Saħħan iż-żejt ġo kazzola u qalli l-basal sakemm jibdel ftit il-kulur. Żid il-bejken u kompli qalli għal ftit minuti oħra.
4. Baxxi n-nar u żid il-pastard, l-ilma u d-dadi. Kompli sajjar għal madwar 90 minuta.
5. Itħan is-soppa bi blender. Roxx ftit bżar u żid il-ħalib jew jogurt u ħawwad tajjeb.
6. Servi sħuna ħafna bi ftit tursin imferrex fil-wiċċ.
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.