Ingredjenti
2 rjus tal-pastard, imqatta’
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
1 basla kbira, mqattgħa biċċiet żgħar
4 rjus tat-tewm, mqattgħa biċċiet żgħar
6 tazzi ilma
melħ u bżar
Metodu
Poġġi l-biċċiet tal-pastard fuq alumium foil fuq baking sheet. Agħmlu taħt il-grill u ggriljah sakemm il-pastard jibda jsir kannella.
Saħħan f’borma ż-żejt taż-żebbuġa u aqli l-basla fih għal madwar 5 minuti. Żid it-tewm u l-pastard mixwi.
Ferragħ l-ilma, ħawwar bil-bżar u bil-melħ u sajjar sakemm il-ħaxix kollu jirtab sew, madwar 30 minuta.
Neħħi l-ħaxix kollu mill-borma u uża blender biex tgħaffeġ il-ħaxix.
Itfa’ l-puree tal-ħaxix fil-borma mal-ilma tat-tisjir, ħallat u saħħan fil-borma sakemm ikollok soppa magħquda u kremuża.