Soppa tal-ispinaċi

Ingredjenti

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

1 basla mqattgħa

2 żewġ rjus tat-tewm mgħaffġa

1 patata mqaxxra u mqattgħa f’kubi ta’ 1ċm

450g spinaċi  biz-zkuk il-ħoxnin imqattgħa

3 dadi tal-ħaxix imdewba f’litru u nofs misħun

melħ u bżar

nofs kikkra krema tal-ħalib

Metodu

Saħħan iż-żejt fuq nar bati. Żid il-basla u sajjar sakemm tara li rtabet, madwar 5 minuti. Żid it-tewm, il-patata u l-ispinaċi.

Ferragħ l-brodu tal-ħaxix u saħħan sakemm jibda jagħli. Sajjar sakemm il-patata tirtab, madwar 10-15-il minuta. Ħawwar bil-bżar u l-melħ.

Poġġi s-soppa f’mixer u ħaddem sakemm ikollok soppa lixxa. Wara żid il-krema u ħawwad.

Meta sservi s-soppa sħuna ferragħ ftit krema fil-wiċċ.