Soppa tal-għads (lentils)

Ingredjenti

60ml żejt taż-żebbuġa

1 basla, imqattgħa

2 zunnarija, imqaxxra u mqattgħin

2 zkuk tal-karfus, imqattgħin

2 irjus tat-tewm, imqattgħin

melħ u bżar iswed mitħun frisk

400g tadam, bla qoxra, imqatta’

450g għads (lentils)

litru u nofs brodu tat-tiġieġa 

4 sa 6 friegħi tas-sagħtar frisk

65g mqarrun

150g ġobon Parmiġġjan maħkuk

Metodu

Saħħan iż-żejt f’borma fuq nar medju.

Żid il-basla, il-karrotti u l-karfus. Żid it-tewm, il-melħ,u l-bżar u sajjar sakemm il-ħxejjex kollha jkunu rtabu, madwar 5 sa 8 minuti. Żid it-tadam bil-meraq tiegħu. Ħawwad sakemm il-meraq jevapora ftit waqt li tħawwad kultant, madwar 8 minuti.

Żid l-għads u ħawwad. Żid il-brodu u ħawwad.

Żid il-friegħi tas-sagħtar. Ħallih sakemm jagħli.

Għatti u ħallih itektek fuq nar baxx sakemm l-għads ikun kważi tari, madwar 30 minuta.

Imla s-soppa fi skutelli. Roxx bil-Parmiġġjan, roxx ftit żejt taż-żebbuġa u servi.