Soppa tal-brokkoli u l-ġobon

Ingredjenti

4 mgħaref butir

1 basla mqattgħa

1 zunnarija kbira, maħkuka

1 brokkoli kbira, mqattgħa biċċiet żgħar

30g dqiq

3 tazzi brodu tad-dadi tat-tiġieġa

2 tazzi ħalib

400g ġobon Cheddar, maħkuk

melħ u bżar

Metodu

F’borma kbira sajjar il-basla fil-butir sakemm tirtab, madwar 5 minuti. Żid id-dqiq u ħawwad sew għal minuta biex ma jkollokx boċċi. Żid il-brodu ftit ftit, tħawwad il-ħin kollu. Ħawwar bil-melħ u l-bżar.

Issa żid il-brokkoli u z-zunnarija u saħħan sakemm jagħli. Naqqas is-sħana u tektek fuq in-nar għal madwar 20 minuta.

Bil-mod il-mod ferragħ l-ħalib imbagħad żid il-ġobon. Ħawwad tajjeb.

Erġa’ ħawwar bil-melħ u l-bżar u fil-wiċċ roxx ftit ġobon Cheddar ieħor.