Soppa tal-brokkoli bil-ġobon tat-tursina

Ingredjenti

2 basliet

1 brokkoli

50g butir

1 patata mogħllija ftit kbira

litru u 20ml ilma

2 cubes tat-tiġieġ

nofs kuċċarina noċemuskata

bżar u melħ

125g ġobon tat-tursina mqatta’ biċċiet

Metodu

Fil-food processor poġġi l-basal u l-brokkoli. Itħan flimkien.

Dewweb il-butir f’borma u żid it-taħlita tal-basal u l-brokkoli. Saħħan  fuq nar bati għal madwar tliet minuti.

Żid 300ml ilma ul-patata mgħollija u saħħan fuq nar bati għal madwar 15-il minuta.

Ferragħ t-taħlita mill-ġdid fil-food processor u aħdimha sakemm ikollok taħlita lixxa. Żid il-kumplament tal-ilma, id-dadi tat-tiġieġ, in-noċemuskata u l-bżar u l-melħ.

Saħħan it-taħlita fil-borma u meta taqbad tagħli żid il-ġobon tal-bżar.

Meta sservi s-soppa żejjinha bi ftit tursin imqatta’ fil-wiċċ.