Soppa tal-brunġiel

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

1 kilo brunġiel, mqatta’ minn nofs

4 bżariet ħomor, mqatta’ minn nofs

kuċċarina żejt taż-żebbuġa

2 sinniet tat-tewm, mgħaffġa

4 tadamiet, mqaxxra u mqattgħa biċċiet

750ml brodu tal-ħaxix tad-dadi

2 kuċċarini peppercorns, mgħaffġa

Metodu

Poġġi l-brunġiel u l-bżar aħmar bin-naħa ta’ barra tħares ’il fuq. Poġġi taħt il-grill u sajjar għal madwar 10 minuti sakemm il-qoxra tiswied. Neħħi l-qoxra u qatta’ l-ħaxix biċċiet kbar.

Saħħan borma biż-żejt fuq nar moderat u sajjar it-tadam u t-tewm għal żewġ minuti tħawwad il-ħin kollu. Żid il-brunġiel, il-bżar aħmar, il-brodu u l-peppercorns. Meta jisħon sewwa ħallih itektek għal 4 minuti. Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jibred xi ftit.

Poġġi l-ħaxix u l-brodu ftit ftit f’food processor u aħdem sakemm ikollok taħlita lixxa. Poġġi kollox f’taġen u erġa’ saħħan fuq nar moderat għal 3-5 minuti sakemm jisħon sew.