Soppa tal-basal bil-ġobon

(Isservi 6)

Ingredjenti

3 basliet kbar

nofs kuċċarina zokkor ismar

50g butir

8 kikkri brodu taċ-ċanga (jew tad-dadi)

terz ta’ kikkra nbid abjad

nofs kuċċarina dry thyme

werqa randa

nofs kuċċarina bżar

mgħarfa Worcestershore Sauce

baguette

3 kikkri ġobon tat-toqba

6 kuċċarini ġobon maħkuk

Metodu

Qatta’ l-basal fi slajsis ħoxnin. Sajjar il-basal fil-butir maz-zokkor fuq nar tassew baxx sakemm jieħdu kulur dehbi. Tiqafx issajjarhom qabel ma jieħdu dan il-kulur.

Żid l-inbid, il-brodu taċ-ċanga, il-werqa randa, it-thyme, il-bżar iswed u l-Worcestershore Sauce. Għalli u sajjar fuq nar moderat għal madwar 30-45 minuta. Neħħi l-werqa randa.

Sadattant qatta’ slajsis il-baguette u ippinzella biż-żejt taż-żebbuġa. Iġġrillja kull naħa sakemm jieħdu kulur dehbi.

Qassam is-soppa fil-bwieqi li se sservi fihom. Fil-wiċċ qassam is-slajsis tal-baguette u fuqhom qassam il-ġobon. Iġġrillja sakemm il-ġobon idub u s-soppa tisħon.