Soppa Spanjola bit-tewm

Ingredjenti

4 bajdiet

kuċċarina butir

4 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

8 rjus tat-tewm, slajsjati

5 slajsis tas-sandwich toast (jekk jista’ jkun ftit nixfin), imqatta’ kwadri żgħar

2 kuċċarini paprika

4 tazzi brodu tal-ħaxix tad-dadi

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar

4 mgħaref kosbor imqatta’

Metodu

F’borma saħħan fuq nar moderat iż-żejt taż-żebbuġa u l-butir. Żid it-tewm u sajjar sakemm jieħdu kulur dehbi. Ħallat mat-tewm il-biċċiet tal-ħobż u sajjar sakemm jieħdu kulur. Żid fuqhom il-paprika u ħawwad. Ferragħ fuq kollox il-brodu, il-melħ u l-bżar.

Saħħan sakemm is-soppa tibda tagħli. Naqqas in-nar u sajjar fuq nar bati għal madwar 10 minuti. Żid il-kosbor u ħawwad tajjeb.

Issa ofsoq il-bajd waħda waħda fis-soppa. Għatti l-borma u sajjar għal 5 minuti oħra sakemm il-bajd jagħqad fil-wiċċ.

Servi billi b’kuċċarun taqbad bajda mal-brodu u tferragħha ffil-platti.