Soppa magħquda tal-patata

Ingredjenti

6 slajsis bejken, imqattgħa

400g patata, imqaxxra u mqattgħa kwadri

1 zunnarija żgħira, maħkuka

1 basla kbira, imqattgħa

1 mgħarfa tursin, imqatta’ rqiq

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar

nofs litru stock tat-tiġieg tad-dadi

3 mgħaref dqiq

3 kikkri ħalib

250g ġobon artab

Metodu

F’borma kbira sajjar il-bejken sakemm isir iqarmeċ, tħawwad xi kultant. Żid il-ħaxix, il-bżar u l-melħ u l-istock. Saħħan sakemm jibda jagħli. Naqqas is-sħana u sajj r fuq nar tassew bati sakemm il-patata ssir u tirtab.

F’kazzola ħallat il-ħalib mad-dqiq sakemm ikollok taħlita lixxa. Żid ma-soppa u saħħan sakemm jagħli, tħawwad il-ħin kollu sakemm is-soppa tibda tagħqad, madwar 2 minuta.

Żid il-ġobon sakemm idub u tista’ sservi.