Soppa kremuża tat-tadam

Ingredjenti

1 litru brodu magħmul mid-dadi tal-ħaxix

30g bejken

30g zunnarija

30g basal

750g tadam

60g dqiq

60g butir

mgħarfa kunserva

mgħarfa zokkor

125 krema tal-ħalib

Metodu

Qatta’ biċċiet żgħar ħafna l-bejken, iz-zunnarija u l-basla. Saħħanhom sakemm jirtabu fi 30g mill-butir.

Żid id-dqiq u ħawwad tajjeb sakemm ikollox taħlita ta’ kulur safranija.

Żid it-tadam imqatta’ u l-kunserva mat-taħlita.

Żid il-brodu u ħallat tajjeb. Saħħan sakemm jibda jagħli. Naqqas in-nar u sajjar fuq nar bati għal madwar 30-45 minuta. Żid iz-zokkor.

Għaddi s-soppa minn passatur waqt li tgħaffeġ il-ħaxix.

Iċċekkja għat-togħma, żid il-krema u l-kumplament tal-butir.