Soppa kremuża tal-pastard

Ingredjenti

pastarda ta’ kilo u nofs, imqattgħa

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

4 biċċiet sagħtar

1 basla mqattgħa fina

zokk ta’ karfusa mqatta’ fin

ras ta’ tewma mgħaffġa

850ml brodu tat-tiġieg jew tal-ħaxix tad-dadi

100ml krema tal-ħalib friska

tursin imqatta’ fin

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ.

Aqbad il-biċċiet tal-pastarda, poġġihom fuq tilar tal-forn u roxx fuqhom kuċċarina żejt taż-żebbuġa u s-sagħtar. Aħmihom għal 15-il minuta jew sakemm tara li ħadu kulur dehbi u saru. Neħħi s-sagħtar.

Aqli l-basla u l-karfusa fil-kumplament taż-żejt taż-żebbuġa għal sakemm jirtabu. Żid it-tewma u sajjar għal 1 minuta. Żid parti kbira mill-pastard u ħalli ftit għal wiċċ meta tagħmel is-soppa.

Żid 750ml mill-brodu u sajjar 10 minuti wara li jibda jagħli.

Għaddi kollox minn food processor jew inkella għaffeġ tajjeb b’furketta. Żid il-krema u l-kumplamet tal-brodu. Erġa saħħan ftit.

Servi bit-tursin u l-biċċiet tal-pastard fil-wiċċ u ftit qtar taż-żejt taż-żebbuġa.