Sophie taqbad passiġġiera għal Istanbul bi €11,380

Sophie Canine Customs
Id-Dwana ta' Malta

Read in English.

Sophie, il-kelb tad-Dwana mit-tim tal-Canine, qabdet passiġġiera li kienet ħierġa minn Malta bi €11,380 fi flus kontanti. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li dan kien ir-raba’ każ f’temp ta’ ftit ġranet hekk kif id-Dwana kienet qed timplimenta d-direttiva Ewropea li ma tħallix persuni jsiefru b’aktar minn €10,000 fi flus kontanti.

Intqal li waqt spezzjoni ta’ rutina fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-uffiċjali waqqfu passiġġiera u staqsewha kemm kienet qed iġġorr flus. Din qaltilhom li kellha €10,000 bl-eżatt iżda fuq suspett li kienet qed iġġorr aktar, l-uffiċċjali fittxewlha fil-bagalja fejn b’kollox sabu €11,380.

F’Ottubru, sa issa, id-Dwana interċettat €77,750 fi flus mhux iddikjarati f’sitt każi separati.