Sophia Loren tagħlaq 85 sena

Jum speċjali għall-attriċi Sophia Loren li llum qed tiċċelebra 85 sena. Lil din l-attriċi ilna ma narawha f’xi film iżda jekk ma tafux bħalissa tinsab impenjata fuq ir-ritorn tagħha fiċ-ċinema f’film li se jinħareġ is-sena d-dieħla.

The Life Ahead huwa t-titlu atl-film bl-Ingliż ta’ La Vita Davanti A Se, li għandu direzzjoni ta’ binha stess, Edoardo Ponti.

Il-ħruġ tal-film mistenni jkun fl-20 ta’ Marzu 2020.

Sophia Villani Scicolne twieldet nhar l-20 ta’ Settembru 1934. Bdiet il-karriera tagħha fl-1950, meta kellha 16-il sena.

Bdiet taħdem f’partijiet żgħar sakemm il-kumpanija Paramount skoprietha fl-1956 u spiċċat biex ħadmet f’films bħal The Pride and the Passion, Houseboat, u It Started in Naples. Iżda ma kienx qabel ma dehret fil-film Two Women (La Ciocara) li l-kritiċi tal-films bdew jinnutawha, u saħansitra rebħet Oscar għall-interpretazzjoni tagħha.

Fl-età ta’ 85 sena, Loren hija l-unika artista li għadha ħajja fil-lista ta’ 25 artisti leġġendarji tal-American Film Institute.