Sonya Abela maħtura Sindku tal-Munxar

Sonya Abela ġiet maħtura Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Munxar.

Dan wara li s-Sindku Carmen Said u l-Viċi Sindku Laburista Robert Mallia rriżenjaw fil-ġimgħat li għaddew.
Din l-aħbar ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ilbieraħ.
Tħabbar ukoll li Juliet Rose Attard inħatret Viċi Sindku tal-lokalità.
Kemm Abela kif ukoll Attard kienu ffirmaw petizzjoni fejn talbu għar-riżenja tal-Arċisqof Charles Scicluna.

Kif jixhdu l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill, is-Sindku ta’ dan il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista, kienet ilha ma tattendi għal-laqgħat, b’sorsi jikkonfermaw li dan minħabba kundizzjoni ta’ saħħa.
L-istess sorsi kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li r-riżenja tal-Viċi Sindku Robert Mallia f’April li għadda kienet waslet minħabba nuqqas ta’ qbil mal-amministrazzjoni Laburista dwar is-Sindakat.
Żiedu jgħidu li minħabba li s-Sindku attwali Sonya Abela hija rappreżentanta tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Ministeru għal Għawdex, kienet qed tkun l-aktar preferuta biex tilħaq Sindku.