Aġġornata: Jerġa’ jiftaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana reġa’ nfetaħ u qed joffri s-servizzi kollha wara li ingħalaq għal xi ftit sigħat minħabba xi ħsarat li twettqu minn Somalu lbieraħ filgħaxija.
Is-Somalu wettaq diversi ħsarat f’dan iċ-ċentru tas-saħħa fejn il-pulizija ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li f’dan l-inċident weġġa’ s-Somalu kif ukoll uffiċjal tas-sigurtà.
Jidher li s-Somalu kkawża ħsarat f’kompjuters fiċ-ċentru tas-saħħa, kif ukoll f’partijiet oħra tar-reception fejn anka kisser xi ħġieġ.
Is-Somalu li għandu 21 sena, ittieħed l-isptar għall-kura.
Għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.
Għal xi ħin, pazjenti kellhom jintbagħtu f’ċentri tas-saħħa oħra sakemm tranġat il-ħerba li ġiet ikkawżata mis-Somalu.
Il-Pulizija ħatret inkjesta dwar dan il-każ.