Somalu fil-periklu tal-mewt wara li jaqla’ daqqiet ta’ sikkina

Raġel Somalu ta’ 26 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’argument ilbieraħ filgħaxija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30pm qrib iċ-Ċentru Miftuħ f’Ħal Far.
Fuq il-post waslu l-Pulizija fejn mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li nqala’ argument bejn is-Somalu u persuna oħra, bis-Somalu jaqla’ daqqiet ta’ sikkina.
Ir-raġel ittieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li sejjaħ inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.  

Ritratt: Media Police