Somala tinqatel talli rrifjutat li tilbes il-velu

Il-militanti Iżlamiċi fis-Somalja sparaw u qatlu mara musulmana talli rrifjutat li tilbes il-velu.
Rugiya Farah Yarow inqatlet meta kienet barra mid-dar tagħha fin-naħa t’isfel tas-Somalja.
Il-persuni li sparaw tiri lejha kienu jagħmlu parti mill-grupp al-Shabab.
Il-militanti ordnaw biex it-tfajla tilbes velu u malli reġgħu marru lura quddiem id-dar tagħha u sabu li ma kienet libset xejn, sparawlha u qatluha. Il-grupp al-Shabab ċaħad li wettaq dan l-att.