Solvut il-misteru ta’ min seta’ kien ‘Batman’

Ġie solvut il-misteru ta’ min seta’ kien dak ir-raġel li libes ta’ Batman u mar għand il-pulizija ta’ Bradford fl-Ingilterra b’ħalliel ta’ 27 sena.

Fil-verità l-‘eroj’ jismu Stan Worby u hu messaġġier ta’ 39 sena li libes il-kostum ta’ Batman beix imur sal-grawnd wara li jieħu lil sieħbu għand il-pulizija talli kien qed jiġi mfittex minħabba serq u frodi.

Worby spjega li hu libes il-kostum b’ċajta u qatt ma basar li se jqajjem interess fost il-mexxi tax-xandir mid-dinja kollha.

Sieħbu, Daniel Frayne, se jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.