Soluzzjoni fejn tħalli l-mowbajl meta tmur il-baħar

Jekk int wieħed minn dawk li tinkwieta fejn se tħalli l-mowbajl kull darba li tmur tgħum, dan is-sajf tista’ sserraħ rasek. 
Paddly se joffru lokers ta’ teknoloġija avvanzata, fil-lidos u xtut Maltin. 
Minn applikazzjoni fuq il-mowbajl, wieħed se jkun jista’ jirriżerva loker minn qabel, biex jassigura ruħu li jkun hemm loker disponibbli għall-użu tiegħu, meta jiġi bżonnu. 
Il-lokers se jkunu ta’ qisien u prezzijiet differenti, u jistgħu jinkrew ukoll għal avvenimenti differenti, bħal tiġijiet.
Dawn il-lokers se jkollhom ukoll il-faċilità li wieħed jiċċarġja l-mowbajl u apparat ieħor fihom. 
Il-ħlas jista’ jsir permezz  tal-PayPaljew credit card.