Solskjaer xorta pożittiv wara t-telfa kontra West Ham

Il-coach ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qal li hu se jibqa’ pożittiv anka jekk ra lit-tim tiegħu jitlef kontra West Ham. It-telfa ta’ 2-0 ġewwa Londra ħalliet lil United b’akkwist ta’ tmien punti biss minn total ta’ sitt logħbiet.

In-naħa ta’ Soslkjaer irnexxielhom jirbħu biss żewġ logħbiet mill-aħħar 11-il logħob tal-Premier League. Huma naqsu wkoll milli jirbħu logħba barra minn darhom minn Frar li għadda.

Solskjae qal li ma kellhomx il-kwalità meħtieġa biex jiskurjaw meta rnexxielhom joħolqu attakk tajjeb b’potenzjal ta’ gowl.

Riżultati oħra:

Crystal Palace 1-1 Wolverhampton Wanderers

Arsenal 3-2 Aston VillaChelsea 1-2 Liverpool