Solskjaer moħħu mistrieħ bil-kwalità tal-attakk li għandu

Il-maniġer ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer stqarr li mhux jinkwieta dwar l-għażla li għandu għall-attakk. Grazzi għall-mod ta’ kif qed jiżviluppa Mason Greenwood, qed jikkumpensa tajjeb għat-telfa ta’ Romelu Lukaku.

Lukaku skurja 42 gowl f’96 logħba, iżda ngħaqad ma’ Inter Milan f’Awwissu li għadda.

Solskjaer stqarr li dejjem kienu jemmnu li Anthony Martial u Marcus Rashford kienu se jiskurjaw il-gowls li hemm bżonn, iżda Mason mela l-vojt li kien fadal.

Aktar kmieni din is-sena ġriet ix-xniha li United kienu qed jippruvaw jixtru lil Erling Braut Haaland ta’ Red Bull Salzburg. Iżda Haaland daħal fi ftehim mat-tim Ġermaniż Borussia Dortmund nhar il-Ħadd.