Solskjaer iwiegħed li se jixtri aktar plejers f’Jannar

Il-coach ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer wiegħed li se jkun hemm fondi allokati biex jġibu xi plejers ġodda f’Jannar li ġej. Hu qal bl-akkwisti li bi ħsiebu jagħmel, it-tim se jkun jista’ jieħu spinta ‘l fuq u jispiċċa l-istaġun mal-ewwel erba’.

Ir-Red Devils kellhom bidu ta’ staġun ħażin, wara li kellhom numru ta’ riżultati negattiva. Dan poġġa aktar pressjoni fuq it-tim kif ukoll fuq il-kowċ.

Solskjaer li għandu 46 sena qal li l-flus qegħdin hemm, issa jonqos biss li jirriċerkaw u  jitfgħu ħarsithom fuq il-plejers li jaħsbu li huma tajbin biżżejjed biex jgħinu jqajmu lit-tim lura fuq siequ. Hu spjega kif diġà għandom xi plejers f’moħħhom.

Hemm ix-xniha li United tefgħu ħarsithom fuq James Maddison, Saul Niguez, Moussa Dembele u d-duo ta’ Juventus Emre Can u Mario Mandzukic.