“Soleil qed tistenna bil-ħerqa biex tgħannqek” – Aaron

Ritratt: Facebook/AaronFenech

Fl-aħħar ħin l-attur Aaron Fenech li narawh f’sensiliet bħal F’Ġieħ L-Imħabba u Ħbieb u Għedewwa ħabbar li għadu kif sar missier hekk kif il-maħbuba tiegħu Sindel Bonnici welldet tifel għall-ħabta tas-2.15pm.

F’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook Fenech ħabbar li twieled Cody u żied jgħid li oħtu Soleil tinsab ħerqana biex tgħannqu magħha.

Awguri lil Aaron u lil Sindel għat-twelid taċ-ċkejken Cody.