Solar Impulse jwaqqaf titjira minħabba t-temp ħażin

Solar Impulse 2, l-ewwel ajruplan li jaħdem kompletament bl-enerġija mix-xemx u b’ebda taqtira żejt, kellu jwaqqaf dak li kellu jkun vjaġġ ta’ sitt ijiem bla waqfien minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fil-Ġappun.
L-ajruplan, li jinsab fis-seba’ parti tar-rotta tiegħu li jdur madwar id-dinja, mistenni jkompli l-vjaġġ tiegħu malli t-temp jippermettilu.
L-inġiniera li ħadmu l-ajruplan qalu li huma sodisfatti bil-mod ta’ kif miexi l-proġett, li s’issa rnexxielu jikser ir-rekord tal-itwal vjaġġ bl-użu ta’ enerġija mix-xemx meta għamel 40 siegħa jtir, ma jaqta’ xejn.