Soft toy jikser ir-rekord ta’ Baumgartner

Is-soft toy, Babbage kiser ir-rekord tal-Awstrijaku Felix Baumgartner, li f’Ottubru tas-sena li għaddiet qabeż lura lejn id-dinja minn għoli ta’ 39,000 kilometru.

Bil-kontra ta’ Baumgartner, Babbage ġie sparat lejn l-ispazju mill-kampanja f’Berkshire fl-Ingilterra.

Is-soft toy kien mgħammar b’kamera li ħadet il-filmat ta’ dak li kien qiegħed jiġri.

Babbage instab daqs siegħa u nofs wara ferm il-bogħod minn fejn sar l-esperiment.