Filmat: Snookball, logħba ġdida b’għeruq klassiċi

Snookball hija logħba ġdida li ġiet introdotta daqs sena ilu, però għadha mhux popolari biżżejjed.
Din il-logħba tgħaqqad żewġ logħbiet li huma ferm segwiti madwar id-dinja, l-isnooker u l-futbol.
Għal din il-logħba hemm bżonn mejda kbira, blalen tal-futbol minflok il-boċċi tradizzjonali tal-isnooker u l-plejers ovvjament jużaw saqajhom minflok l-istikek.
Min jaf jekk din il-logħba tidħolx ukoll f’pajjiżna, biex tintlagħab bejn il-familji u l-ħbieb fil-postijiet ta’ rikreazzjoni u fl-ispazji miftuħa.