Snapchat jista’ ikun tinbigħ għal $10 biljun

Il-kumpanija li pproduċiet l-app popolari Snapchat għadha kif irrifjutat ooferta ta’ $3 biljun mingħand Facebook.
Iżda dan ma jfissirx li l-kumpanija ma tridx tbigħ din l-app.
Anzi, skont Bloomberg, il-kumpanija għaddejja b’taħdidiet ma’ kumpanija Ċiniża, Alibaba li qed tivvaluta l-kumpanija għal kważi $10 biljun.
Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ kumpaniji għadhom sigrieti iżda investituri oħrajn qed jevalwaw kemm verament tista’ tiswa’ app li tħallik tixxerja l-filmati b’ħin limitat.