Snack bar tat-tamar

Ingredjenti

260g tamar bla għadma

60g peanut butter

60g frak tal-coconut

2 mgħaref kokotina

nitfa melħ

Metodu

Itfa’ kollox ġo food processor u itħan flimkien. Fl-aħħar se jkollok taħlita lixxa u ftit iebsa f’forma ta’ ballun.

Poġġi t-taħlita f’dixx kwadru ta’ madwar 20ċ li fil-qiegħ tiegħu tkun ksejtu b’karta strazza. Għaffeġ it-taħlita fid-dixx u agħfas sew. Għatti d-dixx u daħħlu fil-friġġ għal 30 minuta.

Oħroġ mill-friġġ u aqtgħu biċċiet b’sikkina taqta’ ħafna.

Aħżinhom f’kontenitur li jingħalaq tajjeb.