Smith u Aquilina jirbħu t-tieni tiġrija tar-Road Race

Il-kampjonat nazzjonali tar-Road race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kompla bit-tieni tiġrija minn tlieta nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju fuq iċ-ċirkwit Ta’ Pinellu. Għat-tieni darba spikkaw l-atleti Malti/Awstraljan, Alexander James Smyth u Marie Claire Aquilina li rebħu l-Kategoriji prinċipali tal-Elite u tan-Nisa rispettivament.

Alexander James Smyth irnexxielu jagħmel is-seba’ dawriet li b’kollox jammontaw għal 42km, f’ħin ta’ 01:21.44. Warajh daħlu rispettivament Alessio Galluppo u Christian Formosa.

Iċ-champion Nazzjonali Marie Claire Aquilina baqgħet tiddomina l-kategorija tagħha meta reġgħet spiċċat l-ewwel fil-kategorija Femminili meta għamlet il-ħames dawriet tagħha li b’kollox jammontaw għal 30km f’1:04.28.