Smartphone u kompjuter ħdejn xulxin jistgħu jkunu riskju!

Li tpoġġi l-ismartphone tiegħek ħdejn il-kompjuter jista’ jkun riskju! Dan hekk kif riċerkaturi żviluppaw apparat teknoloġiku ġdid li fuq bażi tal-ħoss u l-vibrazzjoni, tkun qed tittieħed nota ta’ dak li wieħed ikun qed jagħfas fuq il-keyboard tal-kompjuter tiegħu.

Ir-riċerkaturi żvelaw li l-ismartphone hu kapaċi biżżejjed biex jittraduċi l-ħsejjes li jisma’ meta wieħed ikun qed jittajpja, jieħu nota tagħhom u wara anke permezz ta’ dizzjunarju, jibdilhom fi kliem.

Għalhekk il-volum u l-forza użata meta wieħed ikun qed jittajpja jista’ jkun li twassal għal tnaqqis fis-sigurtà u dan hekk kif it-teknoloġija qed kulma jmur tkompli tiżviluppa.