Smajt bl-aħħar faċilità fuq Messenger?

Issa tista’ tibgħat ritratti ta’ kwalità 4K aktar malajr fuq Facebook.
Dan tħabbar minn Facebook stess aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-kumpanija qalet li qed tinvesti aktar fil-mod ta’ kif in-nies jikkomunikaw bl-għan li l-utenti tan-netwerk soċjali jkunu jistgħu jikkomunikaw aħjar b’mod viżwali fuq Facebook Messenger.
Minn din il-ġimgħa Facebook għamel upgrade biex kull min juża’ Facebook Messenger se jkun jista’ jibgħat ritratti ta’ kwalità 4K jew b’pixels sa massimu ta’ 4,096 b’4,096 għal kull ritratt b’mod ferm aktar mgħaġġel.