Slimiż jingħata 3 snin priġunerija wara li ried jisraq basket ta’ studenta

Raġel ta’ 33 sena minn Tas-Sliema, li pprova jisraq il-basket lil studenta Belġjana, ingħata s-sentenza ta’ tliet snin priġunerija.
Huwa ammetta fost l-oħrajn li ried jisraq il-basket, li kellu sikkina u li kkaġuna biża’ lit-tfajla.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel kellu diġà każijiet oħra fejn ingħata sentenzi ta’ priġunerija u li kien jabbuża mid-droga.
Apparti l-ħabs, il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.