Sliema Wanderers ordnati jħallsu €36,000 lil HSBC

Read in English.

Il-Qorti ordnat lill-klabb tal-futbol lokali, Sliema Wanderers, biex iħallsu t-total ta’ €35,905.67 lill-HSBC minħabba li baqgħu ma ħaslux l-overdraft.

Il-bank kien fetaħ kawża nhar it-3 ta’ Diċembru tal-2019 fuq bilanċ ta’ overdraft mhux imħallas ta’ €31,749.95, flimkien mal-interessi li ammontaw għal €1,019.76. L-ammont baqa’ ma tħallasx minkejja li ntbagħtu diversi notifiċi biex isir il-ħlas.

Il-klabb ippreżenta nota fejn ammetta l-akkuża aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li kienet ippreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti laqgħat it-talba u ordnat lil Sliema Wanderers jħallas €35,905.67 bl-ispejjeż u bl-imgħax mill-14 ta’ Novembru tal-2019 sad-data tal-pagament effettiv.