​Sliema u Swieqi jiddebuttaw fil-kampjonat tal-futbol tan-nisa

Mil-lum jirritorna l-kampjonat tal-futbol tan-nisa fejn minn din is-sena se jkollna diviżjoni waħda.
Illejla Raiders Luxol jilagħbu kontra Lija/Iklin, Sliema Wanderers li ħadu post Fgura United se jilagħbu kontra Mgarr United, Pembroke Athleta jilagħbu kontra Hibernians li għadhom kif rebħu s-Super Cup, Swieqi United kontra Tarxien Rainbows, u Kirkop United jilagħbu kontra Hamrun Spartans.
Intant it-tfajliet ta' Swieqi United illejla se jkunu qed jiddebuttaw fil-kampjonati lokali għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom kontra Tarxien Rainbows.
Ta’ min jgħid li fuq il-flokk tagħhom se jkun hemm il-logo tal-Action for Breast Cancer Foundation u dan se jkun wieħed permanenti tul l-istaġun kollu.