Sliema se jaffaċjaw lil Neptunes fil-finali tal-waterpolo

Sliema rnexxielhom jagħmluha għall-finali wara li rebħu kontra Sirens. It-tim ta’ Sergio Afric irnexxielhom jiskurjaw sitta mal-ewwel taqsima tal-logħba biex imbagħad baqgħu iżidu magħhom biex spiċċaw il-logħba b’14-il goal. Sliema dehru li ma tantx kellhom reżistena min-naħa ta’ Sirens. Min-naħa tagħhom Sirens irnexxielhom biss jiskurjaw in-nofs tal-gowls li skurjaw Sliema.

B’hekk Sliema se jkunu qed jikkompetu fil-finali kontra Neptunes. Neptunes irnexxielhom jiksbu posthom fil-finali wara li lagħbu kontra Marsaxlokk. Din kienet it-tieni semi-finali. Il-logħba kienet ikkaratterizzata minn protesti sħaħ. Fl-aħħar mill-aħħar il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 13-11 għal Neptunes.