19-il taħrika ftit qabel qatluha

Iffirmata minn diversi għaqdiet imniżżla hawn taħt

Darba waranofsinhar fir-rebbiegħa f’Malta, ġurnalista saqet lejn id-dar tagħha fejn sabet marixxall tal-qorti jwaħħal mijiet ta’ folji tal-karta bid-duct-tape mal-grada tad-dar. Iż-żewġ klieb tal-għassa tal-familja tagħha kienu qed jinbħu mingħajr kontroll u għamlu għall-marixxall bejn l-iżbarri tal-grada iżda dan kien determinat. L-ordnijiet mill-qorti kienu li l-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia, kellha tiġi mħarrka b’19-il taħrika ta’ defamazzjoni, ippreżentati kontriha f’daqqa minn figura kummerċjali għanja u influwenti. Ftit xhur wara kienet mejta, maqtula b’karozza bomba skattata mill-bogħod.

Aħna grupp ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li nqisu li dan huwa l-każ l-aktar eċċezzjonali ta’ SLAPP li qatt rajna s’issa, aggravat mill-fatt li l-każijiet komplew wara l-mewt ta’ Caruana Galizia kontra l-armel tagħha u t-tliet uliedha. “SLAPP” tfisser Kawża Strateġika kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika. Hija forma ta’ fastidju legali mfassla biex tintimida ilħna kritiċi biex jibqgħu siekta. Ditti legali għaljin u mingħajr skrupli jikkummerċjalizzaw dan is-servizz aggressiv lil individwi influwenti u għonja li jistgħu jaffordjaw li jkaxkru proċeduri abbużivi għal snin sħaħ sempliċement biex iħarsu lilhom infushom minn skrutinju pubbliku mhux mixtieq.

Dan l-iskrutinju huwa l-essenza tas-soċjetajiet demokratiċi b’saħħithom. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u qrati nazzjonali u reġjonali oħrajn b’mod konsistenti u espliċitu fis-sentenzi tagħhom għarfu r-rwol importanti li għandha l-istampa ħielsa, u b’mod aktar ġenerali s-soċjetà ċivili, biex individwi influwenti jinżammu responsabbli. Is-sentenzi tagħhom jaffermaw mill-ġdid l-obbligi li l-istati għandhom biex joħolqu ambjent li jwassal għal libertà tal-kelma. Għaliex mingħajr din, id-demokrazija tiddgħajjef u tmut.

Il-lakuni fil-liġijiet tagħna li jippermettu lil nies influwenti biex iġiegħlu lill-kritiċi tagħhom biex jissottomettu huma lakuna fid-demokrazija Ewropea. Każijiet ta’ abbuż huma mifruxa mal-kontintent kollu. It-tieni l-akbar gazzetta ta’ kuljum fil-Polonja, Gazeta Wyborcza, mill-2015 irċeviet aktar minn 55 theddida u taħrika legali minn għadd ta’ atturi inkluż il-partit fil-gvern tal-Polonja. In-negozjant Franċiż Vincent Bolloré u kumpaniji affiljati mal-Bollore Group issopprimew ġurnalisti u NGOs f’kawżi ta’ libell biex iwaqqfuhom milli jirrapportaw dwar l-interessi kummerċjali tiegħu fl-Afrika. Fi Spanja, il-produttur tal-laħam Coren qed jitlob €1 miljun f’danni minn attivist ambjentali talli kkritika l-prassi tal-ġestjoni tal-iskart tiegħu, wara li qabel kien hedded attivitsti u xjentisti li kienu qed jagħmlu riċerka dwar il-livelli ta’ nitrat fl-ilmijiet lokali tiegħu.

Il-persuni li aħna niddependu fuqhom għal informazzjoni dwar dak li qed jiġri madwarna qed jiġu aljenati, impediti, jew kompletament imblokkati milli jkomplu bil-ħidma tagħhom b’dawn l-attakki legali għaljin u li huma intensivi fir-riżorsi. Is-sitwazzjoni qed tiġi mgħawġa u m’għadhiex tingħaraf. Meta l-affarijiet jikkonċernaw ċerti individwi, gvernijiet, kumpaniji jew suġġetti, mhumiex il-kittieba, il-produtturi tal-films jew il-ġurnalisti li jiddeċiedu dak li aħna naqraw, naraw jew nitkellmu dwaru. Lanqas huma l-qrati, peress li s-SLAPPs rarament jaslu għal smigħ, aħseb u ara għal sentenza tal-qorti. Pjuttost, huma l-oligarki u l-assoċjati tagħhom fil-politika, permezz tal-avukati li huma jħallsu, li qed jifformaw in-narrattiva u li qed jimpedixxu li toħroġ il-verità.

Rajna xejra inkwetanti ħierġa fl-Ewropa fejn uffiċjali tal-gvern jew benefiċjarji ta’ kuntratti pubbliċi kbar jadottaw it-tattiki ta’ ċelebritajiet u oligarki li jipproteġu lilhom infushom mil-livell aktar għoli ta’ skrutinju li jeħtieġu l-pożizzjonijiet jew ir-rabtiet finanzjarji tagħhom mal-gvern. Il-fatt li t-theddidiet ta’ spiss huma transkonfinali jgħolli l-ispejjeż għall-ġurnalisti u l-attvisti, li jsibu ruħhom mħarrka f’qorti ’l bogħod minn darhom fil-ġurisdizzjonijiet legali l-aktar għaljin fl-Ewropa.

Qed tikber dejjem aktar il-kuxjenza dwar din il-problema. Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Vera Jourová wiegħdet li se “tħares lejn l-opzjonijiet kollha possibbli” biex topponi t-theddida li s-SLAPPS joħolqu għad-demokrazija Ewropea. Soluzzjoni promettenti tinsab fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u din tista’ tgħin biex terġa’ tibdel il-bilanċ bejn dawk li joħolqu s-SLAPPS u d-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat dwar materji ta’ interess pubbliku.

Għandha tiġi adottata leġiżlazzjoni mal-UE kollha biex tipproteġi lil nies mal-Unjoni Ewropea kollha minn SLAPPs. Din għandha tkun prijorità. Bħal f’partijiet oħra tad-dinja, għandu jkun hemm stabbiliti regoli mal-UE kollha biex kawżi ta’ SLAPPS jiġu rrifjutati fi stadju bikri tal-proċeduri, biex il-partijiet fil-kawża SLAPP jiġu impediti milli jabbużaw mil-liġi u l-qrati, u biex jiġu pprovduti miżuri sabiex il-vittmi jkunu jistgħu jiddefendu ruħhom. Meta nikkunsidraw l-importanza tal-persuni jew il-gruppi pubbliċi ta’ sorveljanza bħal ġurnalisti investigattivi, attivisti, u informaturi għall-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-assenza ta’ salvagwardji hija theddida mhux biss għal-libertà tal-istampa iżda għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Ewropa u, b’mod dejjem jikber, tal-ħajja demokratika tal-Ewropa.

Ir-realtà hija li għal kull ġurnalist/a jew attivist/a mhedda mill-vjolenza fl-Ewropa, mija oħra qed jiġu msikkta b’mod diskret b’ittri mibgħuta minn ditti legali, li jikkorrompu l-liġijiet li huma maħsuba biex jipproteġu r-reputazzjonijiet tal-innoċenti minn attakki minn persuni influwenti. Is-SLAPPS huma mezz ferm inqas barbariku milli ssikket lil xi ħadd b’karozza bomba jew b’tir fir-ras, iżda l-effett ta’ tiskit tagħhom huwa spiss qerriedi daqshom.

Access Info Europe

Amnesty International

ARTICLE 19

ANTICOR (Franza)

Blueprint for Free Speech

Centre for Free Expression (CFE) (Il-Kanada)

CEE Bankwatch Network

Chceme zdravú krajinu (“We want a healthy country”, Is-Slovakkja)

Citizens Network Watchdog Poland

Civil Liberties Union For Europe

Civil Rights Defenders (CRD)

Civil Society Europe

Clean Air Action Group (L-Ungerija)

Committee to Protect Journalists

Common Weal

Corporate Europe Observatory

Defend Democracy

Earth League International

Environmental Paper Network (EPN)

ePanstwo Foundation

Eurocadres – Council of European Professional and Managerial Staff

European Center For Not-For-Profit Law (ECNL)

European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF)

European Coalition for Corporate Justice (ECCJ)

European Environmental Bureau (EEB)

European Federation of Journalists (EFJ)

European Trade Union Confederation (ETUC)

FIDH (International Federation for Human Rights)

Forest Initiatives and Communities (L-Ukrajna)

Forum Ökologie & Papier

Four Paws International

Free Press Unlimited (FPU)

Global Forum for Media Development (GFMD)

Global Justice Ecology Project

GMWatch

Government Accountability Project

Greenpeace EU Unit

Human Rights House Foundation (HRHF)

Human Rights Without Frontiers

IFEX

Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Index on Censorship

Institute for Sustainable Development Foundation

International Media Support

International Partnership for Human Rights (IPHR)

International Press Institute (IPI)

Iraqi Journalists Right Defence Association

Journalismfund.eu

Justice and Environment

Justice Pesticides

Maison des Lanceurs d’Alerte (Franza)

Mighty Earth

Milieudefensie – Friends of the Earth Netherlands

MultiWatch (L-Iżvizzera)

Netherlands Helsinki Committee

Nuclear Consulting Group (NCG)

OBC Transeuropa

OGM dangers

Oživení (Ir-Repubblika Ċeka)

Pištaljka (Is-Serbja)

Polish Institute for Human Rights and Business

Protect RECLAIM

Rettet den Regenwald (Rainforest Rescue)

Reporters Without Borders (RSF)

Sherpa

Sciences Citoyennes

Society for Threatened Peoples (STP) (L-Iżvizzera)

SOLIDAR and SOLIDAR Foundation (netwerks Ewropej, ibbażati fil-Belġju)

Speakout Speakup Ltd (Ir-Renju Unit)

Stefan Batory Foundation (Il-Polonja)

SumOfUs

The Daphne Caruana Galizia Foundation

The Good Lobby Italia

The International Rehabilitation Council for Torture Victims (IRCT)

The New Federalist

The Signals Network Transnational Institute

Transparency International – Bulgaria

Transparency International EU

Transparency International Italy

Umweltinstitut München

Vouliwatch

Whistleblower Netzwerk (WBN) (Il-Ġermanja)

Whistleblowing International Network

Women Engage for a Common Future – WECF International

Xnet (Spanja)

Young European Federalists (JEF Europe)