Biċċiet tal-karamel biċ-ċikkulata

Ingredjenti

Għall-bażi

150g dqiq

80g zokkor ismar

45g ġewż tal-Indi maħkuk

125g butir bla melħ imdewweb

Il-mili tal-karamel

125g butir bla melħ imqatta’ biċċiet kbar

80g zokkor ismar

kuċċarina essenza tal-vanilla

395g ħalib magħqud ħelu

It-topping taċ-ċikkulta

200g ċikkulata, jew sewda jew tal-ħalib, imdewba

kuċċarina żejt

Metodu

Bażi

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ/350˚F.

Idlek landa tal-kejk ta’ qies 28x28cm u iksi b’karta.

Ħallat l-ingredjenti kollha tal-bażi, agħmilha fil-landa u ippressa fiha.

Aħmi għal 15-il minuta sakemm il-wiċċ isir ta’ kulur dehbi.

Il-karamel

Baxxi t-temperatura tal-forn għal 160˚Ċ/320˚F.

Poġġi l-butir, iz-zokkor u l-vanilla f’kazzola u saħħan fuq nar moderat sakemm idub il-butir. Żid iz-zokkor u kompli saħħan sakemm tara li fil-wiċċ jitilgħu l-bżieżaq. Żid il-ħalib magħqud u ħawwad għal minuta. Ferrex it-taħlita fuq il-wiċċ tal-bażi u llixxjaha.

Daħħal fil-forn għal 12-il minuta. Ħalliha tiksaħ sew u wara daħħal fil-friġġ għal 30 minuta.

Iċ-ċikkulata

Ħallat iċ-ċikkulata maż-żejt u dewweb fuq nar tassew baxx jew f’banju marì inkella fil-microwave. Meta ddub iċ-ċikkulata ferrex fuq il-karamel u llixxjaha.

Daħħal fil-friġġ għal madwar siegħa sakemm tagħqad iċ-ċikkulta.

Parir

Biex taqta’ slajsis puliti neħħi mill-friġġ għal 5 minuta. Saħħan sikkina taħt ilma sħun, ixxuttaha malajr u aqta’ mill-ewwel. Wara kull qatgħa imsaħ is-sikkina.