Skype call man-nanna? Wi-Fi fid-djar tal-anzjani

Imnieda inizzjattiva li tinkludi tisħiħ fil-konnessjoni tal-Wi-Fi u taħriġ sabiex l-anzjani jitgħallmu jużaw it-tablets. Dan bil-għan li tingħata aktar aċċessibilità għat-teknoloġija lill-anzjani li jgħixu fid-djar residenzjali.

Dan il-proġett inbeda nbeda bħala proġett pilota fi tlett idjar residenzjali: Mosta, Mtarfa u Msida.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, li nieda dan il-proġett, qal li inħasset il-ħtieġa li anke l-anzjani li jgħixu fid-djar residenzjali għandhom jiġu pprovduti b’servizzi biex jitgħallmu kif jużaw it-teknoloġija diġitali.

Agius Decelis spjega kif bl-għajnuna tal-Welfare Committee, l-anjzani ser ikunu qed jirċievu taħriġ mifrux fuq sitt sezzjonijiet sabiex finalment jitgħallmu kif jużaw tablet. It-tablet se jkunu jistgħu jżommuha la jlestu l-kors.